Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria, Żurrieq
Sit Uffiċjali
Ritratti 2020
Ritratti 2023
Il-Ħadd, 23 ta’ Lulju 2023
Marċ tan-Nar
Marċ uniku. Parti mill-Banda Queen Victoria A.D. 1865 akkumpanjat bid-daqq ta’ marċi brijużi, bi stil differenti mill-marċi l-oħra lil pirotekniċi tal-Mount Carmel Fireworks Factory għal dan il-marċ mistenni fi tmiem il-festa. Corazon Mizzi għalqet il-festi kbar bil-kant tal-kanzunetta ‘Sliem Għalik.’
Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia
#HawnQegħdin
Il-Ħadd, 23 ta’ Lulju 2023
Purċissjoni bl-Istatwa
Purċissjoni bil-vara artistika u devota tal-Madonna tal-Karmnu. Matul il-ħin inħaraq in-nar tal-ajru. Ħadu sehem il-Baned Re Ġorġ V tal-Imqabba, San Ġorġ ta' Bormla u La Vallette Belt Valletta. Is-Sopran Claire Cardona kantat l-Ave Maria mal- ħrug tal-purċissjoni. Il-purċissjoni kienet akkumpanjata minn diversi Fratelli u devoti tal-Madonna. Lejn l-aħħar, l-Arċipriet Daniel Cardona għamel ħsieb spiritwali minn fuq iz-zuntier.
Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia
#HawnQegħdin
Il-Ħadd, 23 ta’ Lulju 2023
Marċ tradizzjonali ta’ filgħodu
Marċ tradizzjonali ta’ filgħodu mill-Banda Queen Victoria A.D. 1865 li jilħaq il-qofol tiegħu f’Misraħ Ir-Repubblika. Attendenza numeruża li ħonqot il-pjazza. Atmosfera ta’ ferħ kif jixraq fl-ikbar festa f’raħalna.
Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia
#HawnQegħdin
Il- Ġimgħa, 21 ta’ Lulju 2023
Marċ mill- Banda Queen Victoria Żurrieq u Banda Duke of Connaught's Own ta' Birkirkara
Bla dubju li dan huwa l-ikbar marċ li jsir f’raħalna. Litteralment lanqas fejn toqgħod labra fil-pjazza u l-madwar Marċ b’attendenza kbira mimli briju u taqbil. Il-kantanta Luana Schembri u l-Versatile Brass Band allegraw lil folla magħquad fi briju uniku.
Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia
#HawnQegħdin
Il-Ħamis 20 ta’ Lulju 2023
Marċ mill- Banda Vittoriosana San Lawrenz u Banda San Mikiel ta' Ħaż-Żabbar
Marċ b’attendenza kbira mimli briju u taqbil. Fi tmiem sar ‘show’ ta’ żbruffaturi tal-karti, sinkronazzati mal-mużika ta’ JD Patrick u Kathy the Violonist, kif ukoll mal-logħob bid-dawl. Akkumpanjaw din is-serata l-kantanti Corazon u Neville.
Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia
#HawnQegħdin
L-Erbgħa, 19 ta’ Lulju 2023
Programm Vokali u Strumentali
Programm Vokali u Strumentali mill-Banda Queen Victoria A.D. 1865 bl-akkumpanjament ta’ The New Choral Singers. Il-programm inkluda varjeta’ ta’ mużika. Ħadu sehem il-Mount Carmel Fireworks Factory bl-akkumpanjament tan-nar mal-mużika. F’nofs il-programm ingħataw diversi rikonoxximenti flimkien ma’ diskorsi tal-okkażżjoni. Ippreżenta l-programm is-Sur Alfred Camilleri.
Il-Ħadd 16 ta' Lulju
Ħruġ min Niċċa
Emozzjonijiet u xi demgħa ma tonqosx. Il-ferħ waqt il-ħruġ tal-Istatwa artistika tal-Madonna tal-Karmnu min niċċa, bl-akkumpanjament tal-Banda Queen Victoria A.D. 1865 taħt it-tmexxija tas-Surmast Mauro Farrugia, kif ukoll Corazon Mizzi. Bidu kbir u mill-isbaħ tal-festa. Ma stajniex nibdew aħjar!
Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia
#HawnQegħdin
Il-Ġimgħa, 14 ta' Lulju 2023
BBQ Grandjuż – Kummissjoni Armar
Atmosfera festiva f’Misraħ ir-Repubblika. Attendenza kbira ddevertiet mal-kantanti Drakard, Mariah Spiteri, Kayley Cuschieri, Luana Schembri, Emma Farrugia, Ella Schembri, Marvic Ann Azzopardi u l-Bandisti tal-Banda Queen Victoria.
Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia
#HawnQegħdin
Is-Sibt, 8 ta' Lulju 2023
Inawgurazzjoni tal-Mużajk il-Ġdid
Proġett ta’ preġju liema bħalu.
Dan se jkun qiegħed iżejjen is-Sala Madonna tal-Karmnu fis-sede’ tal-Għaqda. Inħadem bi ħġieġ murano u deheb ta’18-il karat , fi Pietrasanta, l-Italja, mid-ditta magħrufa Ferraru e Bacci. L-Inawgurazzjoni kkonsistiet minn diskorsi ta’ erba’ kelliema nvoluti direttament fil-proġett u waqtiet mużikali bid-daqq tal-arpa min Jacob Portelli. Iċ-ċerimonja kienet ippreżentatha mis-Sur Karmenu D’Amato.
Il-Ġimgħa, 7 ta' Lulju 2023
Festa Karmelitana mit-Tfal għat-Tfal
Atmosfera’ ta’ festa!
Manifestazzjoni bl-istatwa tal-Madonna tal-Kamnu, bis-sehem ta’ diversi tfal u l-Banda Queen Victoria A.D. 1865. It-tfal ippreżentaw fjura lill-Madonna u wara sar festin fil-każin.
Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia
#HawnQegħdin
Il-Ħadd, 25 ta' Ġunju 2023
Fiera Tradizzjonali
Fiera tradizzjonali organizzata mill-Kumitat Ċentrali fi Triq Don Carlo De Giovanni Inglott. Kien hemm l-logħob tat-tombla, logħob fi fniek u ħut kif ukoll stands fejn wieħed seta' jixtri ikel u xorb f'atmosfera ta' festa.
Ħajr: Lenti Karmelitana - Grupp Multimedia
Il-Ġimgħa, 26 ta' Mejju 2023
Serata Mużiko - Letterarja
F’għeluq il-100 sena mit-twelid tas-Surmast Emanuel Buġeja bis-sehem tal-Ensemble tal-Banda Queen Victoria, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Mauro Farrugia. Dan il-kunċert sar fis-Sala Madonna tal-Karmnu. Ippreżenta dan il-kunċert is-Sur Alfred Camilleri. L-udjenza semgħet varjeta’ ta’ stili differenti tal-kitbiet mużikali ta’ dan is-Surmast maħbub. Il-preżentatur ta’ ħarsa ħafifa tal-bijografija tiegħu anke minn kif jiftakru hu. Ma naqasitx ftit mill-esperjenza ta’ waħda mit-tlett itfal tiegħu, Cettina Zahra mżewqa b’poeżija miktuba minnha stess.
Is-Sibt, 1 ta' April 2023
Kunċert tal-Ġimgħa Mqaddsa fir-Rabat
F’dan il-kunċert jismu ‘Osanna Bin David’, il-mużiċisti abbli tal-Freshman Project u l-Queen Victoria Band Ensemble esegwew siltiet mużikali kollha addattati għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-akbar ġrajja tal-Knisja Kattolika. L-eżekuzzjonijiet ta’ dawn is-siltiet fosthom Marcia Funebre miktub mis-Surmast Mauro Farrugia (id-direttur) flimkien mal-akustika u s-sbuħija tal-knisja ta’ San Mark, daħħlu lil udjenza preżenti f’esperjenza ta’ ħsibijiet profondi. Il-preżentatur kien is-Sur Carmel D’Amato.
Is-Sibt, 25 ta' Marzu 2023
Kunċert tal-Ġimgħa Mqaddsa
Kunċert tal-Ġimgħa Mqaddsa mill-Ensemble tal-Banda Queen Victoria taħt id-direzzjoni tas-Surmast Mauro Farrugia bis-sehem ta' diversi bandisti. Il-kunċert sar fis-Sala Madonna Tal-Karmnu fil-każin. Ħadu sehem ukoll l-allievi tal-Freshman Project. Ippreżenta dan il-kunċert is-Sur Karmenu D'Amato.