Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria, Żurrieq
Sit Uffiċjali
Kumpless tan-Nar Mount Carmel
Il-Logħob tan-Nar
In-nar għall-festa tal-Madonna tal-Karmnu fiż-Żurrieq jiġi mmanifatturat min-nies tal-post stess. Dan imur lura sal-1801. Fost il-logħob tan-nar imsemmi f’dawn ir-rekords, wieħed isib il-maskli u t-tapit, li jikkonsistu f’disinn artistiku f’forma ta’ kastell. Il-wirja tiegħu damet kważi tliet kwarti.
Is-Soċjetà Karmelitana twaqqfet f’nofs is-snin 1800 u għal xi żmien, kien hemm xogħol għaddej fil-viċinanzi tal-Kappella tal-Madonna tal-Ħniena; fil-limiti tal-Qrendi. Bosta snin wara, il-logħob tan-nar beda jiġi mmanifatturat fi kmamar żgħar fil-kampanja, fiż-żona magħrufa bħala Fuq ir-Riħ Ta’ Babu jew Tal-Għerien.
Peress li l-ammont ta’ logħob tan-nar maħdum għall-festa kien qed jiżdied, dawn il-kmamar ma baqgħux addattati. B’xorti tajba, fid-19 ta’ Jannar 1964, is-Soċjetà Karmelitana akkwistat biċċa art fiż-żona tax-Xagħra ta’ Babu. Dan kien il-post ideali għall-kamra tan-nar tas-Soċjetà, li ġġib l-isem ta’ Mount Carmel Fireworks Factory u fi żmien relattivament qasir tlesta l-bini.
Matul is-snin, it-tim tal-Mount Carmel Fireworks Factory dejjem eċċella fl-ispettakli tan-nar tal-ajru u tal-art speċjalment fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu, li tiġi ċċelebrata fit-tielet Ħadd ta’ Lulju. Il-Mount Carmel Fireworks Factory ħadet sehem f’diversi avvenimenti kulturali u nazzjonali, inklużi l-25 Sena
Anniversarju ta’ Jum l-Indipendenza u fiċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Millennju l-Ġdid.
Il-Mount Carmel Fireworks Factory kienet ukoll r-rebbieħa globali fil-Malta International Fireworks Festival 2007. Din il-kamra tan-nar rebħet dawn il-kategoriji li ġejjin:
1) L-aħjar forom
2) L-aħjar kuluri
3) L-aħjar prodotti oriġinali tal-logħob tan-nar
4) L-aħjar koreografija
5) L-aħjar spettaklu skont l-opinjoni pubblika.
L-Għaqda Karmelitana tirringrazzja u tonora lil dawk kollha li matul is-snin ikkontribwew għas-suċċess tal-Mount Carmel Fireworks Factory.
F’ dawn l-aħħar snin rajna żvilupp fil-logħob tan-nar fejn bdejna nassistu għal spettakli ta’ logħob tan-nar imżewwqin mal-mużika u dan l-avveniment beda jinxtered ġmielu fil-festi Maltin. Ma setax jonqos li dawn l-ispettakli jibdew ikunu wkoll parti mill-wirjiet fil-Festa tal-Madonna tal-Karmnu.