Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria, Żurrieq
Sit Uffiċjali

Ritratti 2020

Ritratti 2026

Il-Ħadd 26 ta' Lulju, 2026
Marċ Tradizzjonali ta’ Filgħodu
Marċ tradizzjonali ta’ filgħodu mill-Banda Queen Victoria A.D. 1865 li jilħaq il-qofol tiegħu f’Misraħ Ir-Repubblika. Attendenza numeruża li ħonqot il-pjazza. Atmosfera ta’ ferħ kif jixraq fl-ikbar festa f’raħalna. Wara l-marċ, kompliet tferraħ il-gemgħa bis-sehem ta' DJ Sue.
Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia
Il-Ġimgħa 24 ta' Lulju, 2026
Marċ tal-Ġimgħa
Il-Marċ Grandjuż tal-Ġimgħa għal darb'oħra kkonferma għaliex jibqa' wieħed mill-aktar appuntamenti mistennija tal-festa. Il-Banda Queen Victoria A.D. 1865 wasslet marċ b'attendenza mill-aqwa u briju li ħakem it-toroq taż-Żurrieq sa Misraħ ir-Repubblika. Fi tmiem il-marċ, il-festa kompliet bi spettaklu mużikali bis-sehem tal-Musea Orchestra, Lisa Gauci u J JOY, li taw tmiem memorabbli għal lejl ieħor mill-isbaħ.
Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia
L-Erbgħa 22 ta' Lulju, 2026
Programm Vokali u Strumentali
Tradizzjoni, mużika u spettaklu f'serata waħda. Lejl li sena wara sena jibqa' fost l-aktar appuntamenti mistennija tal-ġimgħa tal-festa. Il-Banda Queen Victoria A.D. 1865 tellgħet il-Programm Vokali u Strumentali taħt id-direzzjoni ta' Mro. Mauro Farrugia, bis-sehem ta' Elisa Sacco u Ozzy Lino, filwaqt li l-Mount Carmel Fireworks Factory żiedet spettaklu b'effetti sinkronizzati mal-mużika. Il-programm kien ippreżentat minn Alfred Camilleri.
Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia
It-Tlieta 21 ta' Lulju, 2026
Marċ tat-Tlieta
It-tieni marċ u komplejna nkabbru l-atmosfera! Lejl ieħor mimli briju, kant u entużjażmu kif jafu jagħmlu biss il-Karmelitani Żrieraq. Il-Banda Marija Annunzjata ta' Ħal Tarxien tat il-ħajja lit-toroq taż-Żurrieq f'marċ li laħaq il-qofol tiegħu f'Misraħ ir-Repubblika quddiem folla numeruża.
Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia
Il-Ħadd 19 ta' Lulju, 2026
Inawgurazzjoni tal-Girlanda
Mument ieħor mimli tradizzjoni u devozzjoni. Il-girlanda tal-filugranu ġiet inawgurata biex tkompli isebbaħ il- vara artistika u devota tal-Madonna tal-Karmnu, f'ċerimonja li laqqgħet flimkien lill-organizzazzjonijiet tal-festa, benefatturi u partitarji Karmelitani permezz tal-quddiesa. Għall-okkażjoni attendiet l-E.T. Dr Myriam Spiteri Debono, President ta' Malta, filwaqt li l-inawgurazzjoni saret mill-benefattur tal-girlanda, ir-Rev. Kanonku Dun Karm Busuttil, Arċipriet tal-Kolleġġjata ta' San Lawrenz tal-Birgu
Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia
Il-Ħadd 19 ta' Lulju, 2026
Ħruġ min-Niċċa
Kollox jibda minn hawn. Il-mument li jqanqal emozzjoni f'kull Karmelitan u jagħti bidu uffiċjali għall-ġimgħa tant mistennija. Il-Ħruġ Solenni min-Niċċa tal-istatwa artistika u devota tal-Madonna tal-Karmnu, akkumpanjat mill-Banda Queen Victoria A.D. 1865 bid-daqq tradizzjonali tal-"Fior del Carmel", fetaħ ġimgħa oħra mimlija devozzjoni.
Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia
Il-Ġimgħa 10 ta' Lulju, 2026
Festa Tfal
Il-ferħ tat-tfal Karmelitani reġa' mela t-toroq taż-Żurrieq f'ġurnata ddedikata lilhom. Il-manifestazzjoni bl-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu, flimkien mal-banda, kant u l-parteċipazzjoni sabiħa tat-tfal, taw bidu mill-isbaħ għall-attivitajiet tal-festa
Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia
Il-Ġimgħa 3 ta' Lulju, 2026
BBQ Kbir tal-Kummissjoni Nar
Pjazza mimlija Karmelitani waqt il-BBQ Kbir imtella mill-Kummissjoni Nar. Grazzi u proset kbira lil dawk kollha li għenu sabiex dan l-avveniment seta' jkun ta' suċċess u, bħal dejjem, grazzi kbira lilkom li ingħaqadtu magħna bi tħejjija għal festa grandjuża oħra.
Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia

.jpg)
.jpg)
.jpg)
.jpg)




