top of page

Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria, Żurrieq

Sit Uffiċjali

GHKBQV 2023-01.png
  • Facebook Social Icon
  • YouTube Social  Icon

               Ritratti 2020               

               Ritratti 2025               

1 (9).jpg

Il-Ħadd, 03 ta’ Awwissu 2025

Quddiesa ta' Ringrazzjament u Dħul fin-Niċċa

​Wara festa bħal dik, ringrazzjament speċjali lil Alla u lill-Madonna tal-Karmnu li, bl-għajnuna tagħhom, iċċelebrajna festa oħra. Wara assistejna għad-dħul tal-vara artistika fin-niċċa tagħha fost emozzjonijiet liema bħalhom.

 

Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia

1 (48).jpg

Il-Ħadd, 27 ta’ Lulju 2025

Purċissjoni bil-vara artistika u devota tal-Madonna tal-Karmnu

Ħadu sehem il-Baned Re Ġorġ V tal-Imqabba, San Ġorġ ta' Bormla u La Vallette Belt Valletta. Is-Sopran Claire Caruana kantat l-Ave Maria mal-ħruġ tal-purċissjoni. Il-purċissjoni kienet akkumpanjata mill-fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu b’attendenza kbira u folla oħra devoti wara l-Madonna. F’Misraħ ir-Repubblika, indaqq l-Innu l-Kbir bis-sehem tat-Tenur Charles Vincenti, il-Baritonu Alfred Camilleri u l-Kor Sine Macula. Lejn l-aħħar, l-Arċipriet Daniel Cardona għamel ħsieb spiritwali u xieraq minn fuq iz-zuntier.

Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia

Mar-ï ta' Filg-ºodu 27072025 (66).jpg

Il-Ħadd, 27 ta’ Lulju 2025

Marċ Tradizzjonali Ta' Filgħodu

Marċ tradizzjonali ta’ filgħodu mill-Banda Queen Victoria A.D. 1865 li jilħaq il-qofol tiegħu f’Misraħ Ir-Repubblika. Attendenza numeruża li ħonqot il-pjazza. Atmosfera ta’ ferħ kif jixraq fl-ikbar festa f’raħalna. Wara l-marċ, kompliet tferraħ il-gemgħa bis-sehem ta' DJ Sue.

Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia

2 (5).jpg

Is-Sibt, 26 ta’ Lulju 2025

Nar Ta' L-Art

Ħarqa ta’ nar tal-art mill-Mount Carmel Fireworks Factory fi Vjal il-Blue Grotto. Diversi rdieden tradizzjonali u oħrajn mekkanizzati li paxxew lil dawk preżenti.

Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia

Marċ tal-Ġimgħa 25072025 (20).jpg

Il-Ġimgħa, 25 ta’ Lulju 2025

Marċ Grandjuż tal-Ġimgħa

Sena wara sena, dan il-marċ jibqa jikber! Litteralment lanqas fejn toqgħod labra fil-pjazza u l-madwar. Marċ b’attendenza kbira mimli briju u taqbil. Wara l-marċ, is-Sezzjoni Żgħażagħ Karmelitani ppreparat Gran Final spettakolari bis-sehem ta' Musea Orchestra, KorMalta u J JOY akkumpanjati min spettaklu sinkronizat ta' Karti ma' effetti tad-dawl.

Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia

1 (3).jpg

Il-Ħamis, 24 ta’ Lulju 2025

Marċ Grandjuż tal-Ħamis

Marċ b’saħħtu mill-Banda San Lawrenz Vittoriosa u l-Banda San Mikiel Żabbar, b’attendenza kbira mill-partitarji, f’marċ mimli briju kif jafu jagħmlu l-Karmelitani. Waqt il-marċ kien hemm sorpriża ta’ pavaljun mill-Kummissjoni Armar li jfakkar il-160 Sena mit-twaqqif tal-Ewwel Banda fiż-Żurrieq. Fi tmiem sar spettaklu ta’ mużika bis-sehem ta’ Luca Lorenzo, sar show ta’ nar u karti maħdum mill-Mount Carmel Fireworks Factory kif ukoll show tad-dawl. Dawn l-elementi kollha kienu sinkronazzati mal-mużika.

Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia

2025.07.23 RInguanezA-07-15.jpg

L-Erbgħa, 23 ta’ Lulju 2025

Programm Vokali u Strumentali

Programm Vokali u Strumentali mill-Banda Queen Victoria A.D. 1865. Il-programm inkluda varjetà ta’ mużika. Ħadu sehem il-Mount Carmel Fireworks Factory bl-akkumpanjament tan-nar mal-mużika. Ippreżenta l-programm is-Sur Alfred Camilleri.

Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia

1 (19).jpg

It-Tlieta, 22 ta’ Lulju 2025

Marċ mill-Banda Marija Annunzjata

It-tieni marċ u komplejna bil-kbir! Briju bħal ma nafu nagħmlu aħna l-Karmelitani Żrieraq. Bir-raġun, din hija l-akbar festa fiż-Żurrieq.

Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia

Marċ Tat-Tnejn (54).jpg

It-Tnejn, 21 ta’ Lulju 2025

Marċ mill-Banda Lourdes tal-Qrendi

L-ewwel marċ minn sensiela matul din il-ġimgħa ta’ festa. Partitarji li ħonqu l-pjazza u allegraw lil dawk kollha li ġew iżuruna. 

Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia

1 (7).jpg

Il-Ħadd, 20 ta' Lulju 2025 

Ħruġ min-Niċċa

Il-mument li ż-Żrieraq Karmelitani ikunu qed jistennew sena sħiħa. Mumenti mil-isbaħ waqt il-ħruġ, mumenti emozzjonanti u ta’ ferħ hekk kif isir il-ħruġ uniku tal-Istatwa artistika tal-Madonna tal-Karmnu min-niċċa, bl-akkumpanjament tal-Banda Queen Victoria A.D. 1865 taħt it-tmexxija tas-Surmast Mauro Farrugia. Bidu kbir u mill-isbaħ tal-festa. Il-Karmelitani lesti għall-isbaħ ġimgħa tas-sena.

Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia

BBQ Kummissjoni Armar 2025 (42).jpg

Il-Ġimgħa, 18 ta' Lulju 2025 

BBQ Grandjuż – Kummissjoni Armar

BBQ kbir ieħor f’Misraħ ir-Repubblika. Attendenza kbira ddevertiet ma’ Jessica Muscat, Victorio Gauci u Fabrizio Faniello, u l-Bandisti tal-Banda Queen Victoria A.D.1865, hekk kif il-festa issa verament tinsab wara l-bieb.

Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia

2025.07.15 RInguanez-07-20.jpg

It-Tlieta, 15 ta' Lulju 2025

Inawgurazzjoni tal-Bust u Pedestal

Ma tistax ma ssemmix lill-Banda Queen Victoria u ma ssemmix lis-Surmast Emmanuel Buġeja. Il-marċi sbieħ tiegħu għadhom jindaqqu sal-ġurnata tal-lum mill-baned f’Malta u Għawdex. Is-Surmast Buġeja għamel 32 sena bħala Surmast tal-Banda Queen Victoria u għaldaqstant, sabiex infakkru l-memorja tiegħu, sar Bust u Pedestall kif jixraq lil dan is-Surmast. 

Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia

2025.07.11 Festa Tfal RInguanez-07-19.jpg

Il-Ġimgħa, 11 ta' Lulju

Festa Tfal 2025

Atmosfera sabiħa ta’ festa u purċissjoni dinjituża! Manifestazzjoni bl-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu, bis-sehem ta’ diversi tfal, il-Kantanti Kayley Cuschieri, Mariah Spiteri u Luana Schembri kif ukoll il-Banda Queen Victoria A.D. 1865

Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia

2025.06.04 Robert Inguanez-06-11.jpg

L-Erbgħa 4 ta' Ġunju

L-Aħħar Erbgħa tal-Udjenzi

L-Aħħar Erbgħa tal-Udjenza bis-sehem tal-Banda Queen Victoria taħt id-direzzjoni tas-Surmast Mauro Farrugia, flimkien mal-Coro Bel Canto.

Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia

Kunċert (12).jpg

Il-Ħamis 10 t'April 2025 

Kunċert tal-Ġimgħa Mqaddsa - Rabat

F’dan il-‘Kunċert Tal-Ġimgħa Mqaddsa’, il-mużiċisti abbli tal-Freshman Project u l-Queen Victoria Band Ensemble, esegwew siltiet mużikali kollha addattati għal dawn iż-żminijiet. Dawn l-eżekuzzjonijiet indaqqu taħt it-tmexxija tal-bravu Surmast Mauro Farrugia, li kkumplimentaw mas-sbuħija arkitettonika tal-knisja ta’ San Mark fir-Rabat, Malta.

Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia

Teatru Manoel  (83).jpg

Il-Ħadd 30 ta’ Marzu 2025

Kunċert Kommemorattiv – Teatru Manoel

Kunċert Storiku fit-Teatru Manoel mill-isbaħ mill-Banda Queen Victoria, li fakkret 160 sena ta’ storja u mużika b’kunċert kommemorattiv prestiġjuż fit-Teatru Manoel. Taħt id-direzzjoni tas-Surmast Mro. Mauro Farrugia. Dan il-kunċert prestiġjuż sar taħt il-Patroċinju tal-President ta’ Malta, in-Nutar Miriam Spiteri Debono

Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia

Karnival SŻK SNK 2025 (10).jpg

Il-Ħamis 27 ta’ Frar 2025

Karnival Żurrieq

Lejla Karnivaleska mtellgħa b’suċċess mill-Kunsill Lokali, Żurrieq. Fih ħadet sehem l-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria, permezz tal-membri fi ħdan is-Sezzjonijiet Nisa w’Żgħażagħ. Huma ferrħu lil miġemgħa permezz taż-żfin u briju spontanju. Kienu lebsin kostumi sbieħ imdawwrin ma’ karru li huma ħejjew apposta

Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia

1 BQV Valletta 1 (3).jpg

Il-Ħadd 19 ta’ Jannar 2025

Kunċert mill-Banda Queen Victoria

Il-Banda Queen Victoria A.D. 1865 animat Quddiesa Kommemorattiva fl-okkażjoni tal-ftuħ tal-anniversarji tal-160 sena mit-twaqqif tal-Banda u l-125 sena maqgħudin, ġewwa l-Bażilika Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, il-Belt Valletta.

Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia

bottom of page