Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria, Żurrieq
Sit Uffiċjali
Ritratti 2020
Ritratti 2024
Il-Ħadd, 21 ta’ Lulju 2024
Pirotekniċi Dhul fil-Knisja u Marċ tan-Nar
Marċ uniku. Parti mill-Banda Queen Victoria A.D. 1865 akkumpanjat bid-daqq ta’ marċi brijużi, bi stil differenti mill-marċi l-oħra lil pirotekniċi tal-Mount Carmel Fireworks Factory għal dan il-marċ mistenni fi tmiem il-festa. Corazon Mizzi għalqet il-festi kbar bil-kant tal-kanzunetta ‘Sliem Għalik.’
Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia
#BILĦILATAGĦNA
Il-Ħadd, 21 ta’ Lulju 2024
Purċissjoni bl-Istatwa
Purċissjoni bil-vara artistika u devota tal-Madonna tal-Karmnu. Matul il-ħin inħaraq in-nar tal-ajru. Ħadu sehem il-Baned Re Ġorġ V tal-Imqabba, San Ġorġ ta' Bormla u La Valette Belt Valletta. Is-Sopran Claire Cardona kantat l-Ave Maria mal-ħrug tal-purċissjoni. Il-purċissjoni kienet akkumpanjata mill-fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu b’attendenza kbira u folla oħra devoti wara l-Madonna. Lejn l-aħħar, l-Arċipriet Daniel Cardona għamel ħsieb spiritwali u xieraq minn fuq iz-zuntier.
Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia
#BILĦILATAGĦNA
Il-Ħadd, 21 ta’ Lulju 2024
Marċ tradizzjonali ta’ filgħodu
Attendenza ferrieħa waqt il-marċ tradizzjonali ta’ filgħodu mill-Banda Queen Victoria A.D. 1865 li jilħaq il-qofol tiegħu f’Misraħ ir-Repubblika. Atmosfera ta’ festa Maltija kif jixraq fl-ikbar festa f’raħalna.
Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia
#BILĦILATAGĦNA
Il-Ġimgħa, 19 ta’ Lulju 2024
Marċ mill- Banda Queen Victoria Żurrieq u Banda Duke of Connaught's Own ta' Birkirkara
Sena wara sena, dan il-marċ jibqa jikber! Litteralment lanqas fejn toqgħod labra fil-pjazza u l-madwar. Marċ b’attendenza kbira mimli briju u taqbil. Għalqu dan il-marċ George Curmi, il-Puse u DJ Pierre Cordina.
Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia
#BILĦILATAGĦNA
Il-Ħamis 18 ta’ Lulju 2024
Marċ mill- Banda Vittoriosana San Lawrenz u Banda San Mikiel ta' Ħaż-Żabbar
Marċ b’attendenza kbira mimli briju u taqbil. Fi tmiem sar ‘show’ ta’ żbruffaturi tal-karti, sinkronazzati mal-mużika kif ukoll divertiment mingħand Drakard and Band, kif ukoll logħob bid-dawl.
Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia
#BILĦILATAGĦNA
L-Erbgħa, 17 ta’ Lulju 2024
Programm Vokali u Strumentali
Programm Vokali u Strumentali mill-Banda Queen Victoria A.D. 1865. Il-programm inkluda varjetà ta’ mużika. Ħadu sehem il-Mount Carmel Fireworks Factory bl-akkumpanjament tan-nar mal-mużika. Ippreżenta l-programm is-Sur Alfred Camilleri.
Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia
#BILĦILATAGĦNA
Il-Ħadd 14 ta' Lulju 2024
Ħruġ min Niċċa
Emozzjonijiet u xi demgħa ma tonqosx. Il-ferħ waqt il-ħruġ tal-Istatwa artistika tal-Madonna tal-Karmnu min-niċċa, bl-akkumpanjament tal-Banda Queen Victoria A.D. 1865 taħt it-tmexxija tas-Surmast Mauro Farrugia. Bidu kbir u mill-isbaħ tal-festa. Ma stajniex nibdew aħjar!
Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia
Il-Ġimgħa 12 ta’ Lulju 2024
BBQ Grandjuż – Kummissjoni Armar
BBQ kbir ieħor f’Misraħ ir-Repubblika. Attendenza kbira ddevertiet ma’ James Mercury Mifsud, Mariah Spiteri, Kayley Cuschieri, Luana Schembri, u l-Bandisti tal-Banda Queen Victoria.
Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia
Il-Ġimgħa 5 ta’ Lulju 2024
Festa Tfal u l-Inawgurazzjoni tal-Pavaljuni fi Vjal Blue Grotto
Atmosfera ta’ festa! Manifestazzjoni bl-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu, bis-sehem ta’ diversi tfal u l-Banda Queen Victoria A.D. 1865. Fil-qofol ta’ din l-attività, is-Sezzjoni Żgħażagħ Karmelitana inawguraw 11-il pavaljun tad-dawl fi Vjal Blue Grotto
Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia
Il-Ġimgħa 28 ta’ Ġunju 2024
BBQ Kumissjoni nar
Ir-reklam kien jgħid ‘BBQ Kbir’........u verament hekk kien. Il-Karmelitani Żrieraq jidhru lesti biex jiċċelebraw festa minn dawk il-kbar. Il-bieraħ ġew sostnuti l-pirotekniċi qalbiena tal-Mount Carmel Fireworks Factory li bil-ħila tagħhom se jkunu qegħdin ipinġu sew fuq l-art w’anke fis-smewwiet. GRAZZI Kummissjoni Nar.
Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia
Il-Ġimgħa 14 ta’ Ġunju 2024
Ftira Night
Murtali, arja nadifa, veduti sbieħ, ftira w’inbid, logħob tat-tombla w atmosfera ta’ rilassament kienu l-fatturi ta’ lejla Sajfija tipikament Maltija mill-isbaħ. Grazzi w Prosit lis-Sezzjoni Nisa Karmelitani li ma jieqfu qatt jorganiżżaw attivitajiet sbieħ bħal dawn.
Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia
Il-Ġimgħa 3 ta’ Mejju 2024
Akkademja Mużiko-Letterarja
Akkademja Mużiko-Letterarja bis-sehem tal-Banda Queen Victoria A.D. 1865. Il-Banda kienet taħt id-direzzjoni tas-Surmast Mauro Farrugia. Ħadu sehem mal-Banda t-Tenur Charles Vincenti u l-Baritoni Alfred Camilleri.
Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia
Il-Ħadd 28 t’April 2024
Pellegrinaġġ bil-vara ta’ San Ġużepp
F'dan il-pellegrinaġġ, ħadu sehem ukoll seba' fratellanzi Ġużeppini minn Malta u Għawdex, apparti l-Fratellanza ta' San Ġużepp taż-Żurrieq. Dawn huma Fratellanza San Ġużepp ta’ Ħal Għaxaq, Fratellanza San Ġużepp ta’ Ħal Kirkop, Fratellanza San Ġużepp ta’ Ħaż-Żebbuġ, Arċikonfraternità San Ġużepp tal-Belt Valletta (Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu), Fratellanza San Ġużepp tal-Imsida, Il-Fratellanza San Ġużepp - Il-Qala (Għawdex) u l-Arċikonfraternità ta' San Ġużepp tar-Rabat tal-Imdina. Dan il-pellegrinaġġ kien immexxi mir-Rev. Patri Clive Camilleri OFM, Gwardjan tal-Komunità Franġiskana fil-Knisja ta' Santa Marija ta' Ġesu fir-Rabat tal-Imdina.
Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia
Il-Ħamis 21 ta’ Marzu 2024
Kunċert Funebru
Antonio Miruzzi, Bach, Edward Elgar, Vivaldi, Silvio Barbara, Jenkins u Mro.Mauro Farrugia – kollha kompożituri li tagħhom indaqqu siltiet mużikali varjati fl-istil. Daqqew il-Freshmen Project u l-Queen Victoria Ensemble. Kollha biċċiet melodjużi u fl-istess ħin melankoniċi li jgħinu lir-ruħ titqanqal..
Ħajr: Lenti Karmelitana Grupp Multimedia