top of page

Wee Blues - krafts, żfin, ħruġ, logħob, tisjir, festini u iktar!

Il-Grupp Wee Blues ilu mwaqqaf minn Frar 2011 u fih jilqa’ tfal ta’ bejn it-3 snin u t-12-il sena. L-iskop ta’ dan il-grupp hu li minbarra li jagħmlu ħbieb ma’ tfal oħra, f’ambjent iktar rilassanti qed ikollhom ħin għal rikreazzjoni taħt l-attenzjoni ta’ leaders responsabbli. Apparti minn hekk, minn ċkunithom qegħdin jitrawmu japprezzaw ix-xogħol volontarju li jsir fil-każin u jitgħallmu dwar il-kultura tal-festi tar-raħal.
 

Matul is-snin, dan il-grupp baqa’ jiltaqa’ b’mod regolari u fil-laqgħat isiru diversi attivitajiet interessanti li t-tfal tagħkom żgur jieħdu gost bihom. It-tfal ikunu mgħejjuna jagħmlu affarijiet krejattivi bħal krafts li uħud minnhom jintużaw biex iżejnu u jagħtu dehra festiva l-attivitajiet li s-Sezzjoni Żgħażagħ itella’ minn żmien għall-ieħor fosthom il-‘Halloween Night’, ‘Gateway to Christmas’, ‘Carnival Night’ u ‘Festa Destination’ fost oħrajn. It-tfal tal-Wee Blues jiġu mħeġġa jipparteċipaw f’logħob interessanti u jitgħallmu isajjru affarijiet sempliċi.  

Minn żmien għall-ieħor jiġu organizzati wkoll ħarġiet għal postijiet li jinteressaw lit-tfal. Il-Wee Blues jiltaqa’ kull ħmistax, nhar ta’ Sibt, bejn id-9:15am u l-10:45am. Dawk il-ġenituri li jixtiequ li uliedhom ikunu parti minn dan il-grupp jistgħu jibgħatu imejl fuq weeblues@talkarmnuzurrieq.org jew inkella ċemplu fuq 79951801.

Waqt il-laqgħat, it-tfal jinqasmu fi gruppi skont l-etajiet tagħhom
.

bottom of page