top of page

Triple Album - Banda Queen Victoria A.D.1865

Il-Banda Queen Victoria A.D 18655, fl-okkażjoni tal-150 sena mit-twaqqif tagħha bħalha l-ewwel banda Żurriqija, qiegħda tippubblika Triple Album storiku.

It-tliet Compact Discs jinkludu:

 

  1. Sett ta’ Marċi Brijużi Storiċi kompożizzjoni tat-tmien diretturi u l-assistenti tagħhom li dderiġew il-banda sa mit-twaqqif tagħha fl-1865;

  2. Sett ta' Marċi Brijużi Popolari miktubin għall-okkażjoni tal-150 Sena Anniversarju, u

  3. Sett ta' Marċi Funebri li jitfgħu dawl fuq il-mixja ta’ 150 sena storja kontinwa ta’ din il-Banda.
     

Is-sett ta’ Marċi Brijużi Storiċi  huwa meħud esklussivament mill-arkivji tal-banda, u fih nisimgħu siltiet li ndaqqu mill-Banda Queen Victoria  A.D 1865 xejn inqas minn 150 sena ilu, dak iż-żmien taħt l-isem ta’ Filarmonica del Zurrico. F’ din l-edizzjoni kronoloġika wieħed isib kompożizzjoni minn kull direttur li mexxa l-banda tul il-mixja tagħha, flimkien ma’ marċi brijużi xogħol l-assistenti diretturi li għenuhom tul is-snin.

Fis-sett ta’ Marċi Popolari nisimgħu siltiet ġodda miktubin mill-aqwa esponenti tal-kompożizzjoni tal-marċi f’Malta, bil-maġġor parti tagħhom ulied l-istess banda u kkumplimentati minn kompożituri ta’ fama nazzjonali li kitbu dawn siltiet esklussivament għall-okkażjoni tal-150 Sena Anniversarju tal-Banda Queen VIctoria A.D. 1865.

Fis-sett ta’ Marċi Funebri isibu siltiet magħżula li jvarjaw minn kompożizzjonijiet Maltin u barranin antiki maqlugħin mill-arkivju, li ntużaw tul l-istorja, għal oħrajn iktar riċenti li jesponu l-iżvilupp tal-istess banda u l-kompożizzjonijiet funebri f’Malta tul is-snin.

Dan it-Triple Album Storiku huwa l-ewwel wieħed tat-tip tiegħu fil-gżejjer Maltin u wieħed jista' jakkwistah fi tliet formati differenti: dak ta’ edizzjoni speċjali limitata u numerata għall-prezz ta’ €50, jew f’ edizzjoni normali ta’ tliet CDs għall-prezz ta’ €30, jew inkella f’ format diġitali (mp3) minn hawn taħt.

bottom of page