top of page

Teen Blues – Diskussjonijiet, ħruġ u iktar divertiment!

Il-grupp Teen Blues twaqqaf nhar is-Sibt, 25 t’April 2015 u fih jilqa’ dawk l-adoloxxenti li għandhom bejn it-12 u s-16-il sena. L-għan ta’ dan il-grupp hu li jirrilassaw ftit mix-xogħol tal-iskola u f’ambjent iktar informali qed ikollhom ħin għal attivitajiet li żgur jattiraw lil dawn it-tfajliet u ġuvintur żgħar. Apparti minn hekk, dawn iż-żgħażagħ qegħdin jitrawmu japprezzaw ix-xogħol volontarju li jsir fil-każin għax ix-xogħol volontarju huwa importanti ħafna illum il-ġurnata.


Matul dawn il-laqgħat isiru diskussjonijiet b’tema differenti addattati apposta għal din l-eta’ u relatati ma’ xi problemi li jistgħu jkollhom fil-ħajja żagħżugħa tagħħhom. Dawn id-diskussjonijiet isiru l-iktar biex kemm jista’ jkun dawn iż-żgħażagħ jgħollu l-moral tagħhom u jemmnu iktar fihom infushom. Apparti minn hekk ma jibqgħux jistħu jipparteċipaw f’diskussjonijiet, li din tgħin għall-futur tagħhom ukoll. Il-laqgħat li jsiru jkunu varjati minn diskussjonijiet, għal tisjir, ħruġ u attivitajiet ta’ divertiment oħrajn skont is-suġġerimenti ta’ dawn l-adoloxxenti. Fost il-ħruġ nagħmlu BBQs, pool, hikes, bowling u ħruġ oħrajn simili. 


It-Teen Blues jiltaqa’ kull ħmistax, nhar ta’ Sibt, bejn in-12:30pm u s-2pm. Dawk l-adoloxxenti li jixtiequ li jkunu parti minn dan il-grupp jistgħu jibgħatu imejl fuq weeblues@talkarmnuzurrieq.org jew inkella ċemplu fuq 79951801. Dħul b’xejn!

bottom of page