Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria, Żurrieq
Sit Uffiċjali
Sezzjoni Żgħażagħ
Farrugia Kurt (Chairperson),
Debono Michael (Viċi-Chairperson),
Theuma Tamara (Segretarja),
Scicluna Michelle (Assistenta Segretarja),
Cassar Nichola (Kaxxier),
Zahra Charlo (Assistent Kaxxier),
Ghigo Javier (Assistent Direttur tal-Attivitajiet),
Stivala Carlos (PR Manager),
Farrugia Raeana u Micallef Leas (PR Team),
Pace Charlon (PR Team u Kollettur tal-Membri),
Bonanno Rita (PR Team u Youth Section Leader),
Sammut Chanice (Kollettur tal-Membri),
Block Neil (Rappreżentant Kummissjoni Armar),
Farrugia Chantea (Rappreżentant Kummissjoni Nar),
Camilleri Victoria (Rappreżentant Sezzjoni Nisa Karmelitani),
Mangion Duane (Rappreżentant Direttur Każin),
Mangion Kieran (Rappreżentant Kummissjoni Radju),
Block Liam (Rappreżentant Kummissjoni Banda),
Muscat Sacco Kelsey (Fondi),
Ellul Calvin (Membru)
Is-Sezzjoni Żgħażagħ Karmelitani twaqqfet nhar il-Ħadd, 11 ta’ April 1993 bl-għan ewlieni tagħha jkun li tattira aktar żgħażagħ lejn il-każin, matul is-sena kollha u li ż-żgħażagħ jibda jkollhom irwol importanti aktar minn qabel fil-festa u l-ħajja tal-każin. L-ewwel kumitat maħtur kellu 7 membri biċ-chairperson ikun is-Sur Ignatius Farrugia.
Mit-twaqqif ta’ din is-sezzjoni, il-kumitat tagħha nbidel kull sena iżda l-għan ewlieni ma nbidel qatt, u qatt ukoll ma naqsitx il-ħidma. Is-Sezzjoni Żgħażagħ dejjem kienet u għadha ta’ għajnuna għall-Kumitat Ċentrali u d-diversi Sezzjonijiet u Kummisjonijiet oħra meta din tiġi mitluba. Tul dawn is-snin, din is-sezzjoni tellgħet għadd kbir ta’ attivitajiet li jvarjaw minn discos u boat parties, sa serati teatrali, flimkien mal-kumpanija teatrali Luliana, ħarġiet kulturali, ikliet, iljieli sajfin u kunċerti fost l-oħrajn. Tul is-snin ittellgħu wkoll għadd ta’ wirjiet fosthom ta’ xogħol u snajja', tal-ganutell, ta’ statwetti, tal-Ġimgħa l-Kbira, tal-cross stitch, dwar il-festa u l-banda u tat-tajr.
Il-ħidma għall-festa qatt ma naqset min din is-sezzjoni. Wieħed mill-irwoli li għandha din is-sezzjoni hu l-organizzazzjoni tal-briju fil-festa u għalhekk tieħu ħsieb li fil-marċi joħorgu għadd ta’ bnadar, isiru features, dekorazzjonijiet brijużi u dak kollu li jġib miegħu il-briju. Kienet ukoll is-Sezzjoni Żgħażagħ li ħadet l-inizjattiva biex isiru diversi kanzunetti fosthom ‘Storja ta’ Suċċess’, ‘Karmelitani’, ‘Universali’ ‘il-Kulur Blu’ u l-kanzunetta f’forma ta’ talba ‘Sliem Għalik’. Is-Sezzjoni Żgħażagħ Karmelitani ħadet ukoll l-inizjattiva jew daħlet għall-impenn finanzjarju ta’ diversi proġetti kemm għall-briju u l-festa inġenerali. Fost dawn insibu l-armar ta’ Vjal il-Blue Grotto, il-pavaljun tad-dawl imżanżan fl-1997 u dak imżanżan fl-2015 li ħadlu postu, l-imrewħa tal-briju mżanżna fl-1998 u dik li ħaditilha postha fl-2003, l-umbrella mekkanizzata mżanżna fl-2001, pavaljun bil-kliem ‘Banda Queen Victoria – l-Ewwel Banda fiż-Żurrieq’ fl-2005, ballun mekkanizat għall-briju fl-2008, statwa ta’ Santa Tereża ta’ Lisieux fl-2013, il-pavaljuni mal-faċċata tal-każin fl-2015 u diversi proġetti oħra speċjalment għall-briju.