Kull dritt riservat © 2019

Iddisinjat u Amministrat minn

Angelo Caruana

Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria, Żurrieq

Sit Uffiċjali

Lenti Karmelitana Grupp Multimedia

Il-Lenti Karmelitana Grupp Multimedia twaqqaf f'Mejju tal-2016 meta grupp ta' fotografi u vidjografi ingħaqdu sabiex jorganizzaw aħjar il-kontenut ta' ritratti u filmati li jinġibdu matul l-attivitajiet li jsiru matul is-sena u b'mod speċjali fil-festa li tiġi ċċelebrata f'Lulju.

L-għan ta' dan il-grupp huwa li jieħu r-ritratti u filmati ta' kull attivita' u l-festa nġenerali u jżomm rikordju fl-arkivju tas-Soċjeta' kif ukoll isir l-uploading  tal-istess materjal fuq dan is-sit kif ukoll fuq il-midja soċjali. Ħafna mir-ritratti jkunu ppublikati fuq il-kotba, progammi tal-festa, rivisti, kalendarji u diversi pubblikazzjonijiet li l-Għaqda tippublika ta' kull sena.

B'wiċċna minn quddiem nistgħu ngħidu li dan huwa grupp uniku fejn jidħol dan il-qasam u li jinkorpora fih 26 persuna li kollha għandhom irwoli differenti fosthom fotografi, vidjografi, minn jagħmel l-editjar tal-filmati, minn izid il-logos u jagħmel l-uploading, kif ukoll min jaħdem fuq features fost xogħol ieħor.


Dawk li jixtiequ li jkunu parti minn dan il-grupp jistgħu jibgħatu imejl fuq webmaster@talkarmnuzurrieq.org jew inkella ċemplu fuq 79649514.
 

Parti mit-tim li ħadem għal festa 2016
Parti mit-tim li ħadem għal festa 2017
  • Facebook Social Icon
  • YouTube Social  Icon