top of page

     Guestbook    

Ħalli l-kummenti tiegħek

Isem *

Imejl *

Suġġett *

Messaġġ *

Grazzi tal-messaġġ tiegħek.

Andrew Caruana - 08/08/2014

 

Hi I live in Adelaide, South Australia and was in Zurrieq for il Festa ta il-Madonna tal-Karmnu last month. It was a very special time for me. My father Daniel Caruana was a very avid and enthusiastic supporter of this feast and the Banda Queen Victoria all his life until he passed away seven years ago. I the last time I had the opportunity to attend the feast in person was 37 years ago when my father brought me to Malta.

 

My entire visit to Zurrieq including the Feast, Band performances and wonderful Band Club, Church, beautiful statue ta il-Madonna tal-Karmnu and spectacular fireworks show (Magic In the Sky) was fantastics a a special memory that I will hold close to my heart. I hope to return again in approximately 4 years with my wife and children again, God willing. I would like to thank the Band's vice president and and business director for their hospitality showing my family and I around the Band club. It was a highlight and particularly when we saw the banner that my farther organised and mother made standing proudly in the committee room.

 

One suggestion that would be very useful to me as a second generation Maltese Australian person would be to publish a small summary of the feast, band performance and fireworks program in English. While I understand most Maltese , unfortunately living in Adelaide I have not had the opportunity to learn to read the Maltese language. Thanks you once again for all you hard work and wonderful experience.

 

Mro Alfred Farrugia - 04/08/2014

 

Filwaqt li nixtieq nirringrazzja lis-sezzjonijiet u kumitati kollha fi hdan l-Ghaqda Karmelitana u Banda Queen Victoria Zurrieq AD1865, naghti prosit kbira lill-partitarji li bhal dejjem obdew id-direttivi u kienu ezemplari f'dak kollu li ghamilna. Zgur li ergajna konna l-ghira ta' kulhadd u ghal darb'ohra tajna ezempju kif ghanda ssir festa. Bla dubju li jkollok festa tal-Madonna zgur li thossok kburi li qieghed timxi fuq il-passi tas-Sultana tal-Martri kollha. Prosit u grazzi li ghal darb'ohra wrejna wkoll bil-provi min hija l-ewwel Banda Zurriqija. Dejjem urejna l-fatti kif inhuma. Nahdmu lkoll flimkien ghall-festi kbar li ghandna ppreparati ghall-150 Sena ta' l-Ewwel Banda Zurrieqija.

 

Carmen Zammit Farrugia - 28/07/2014

 

L-iskeda ta' Radju Leħen il-Karmelitani għal matul ix-xahar ta' Lulju, intemmet ilbierah f'12:00am ma' tmiem il-festa ad unur Ommna Marija tal-Karmelu.

Minn hawn nixtieq nieħu l-opportunita' biex f’isem il-membri tal-Kummissjoni Radju nirringrazzja lit-tekniċi, DJs, preżentaturi, lil min ħa ħsieb il-filming għal-live streaming u lil dawk kollha li b'xi mod jew ieħor, taw is-sehem prezzjuz tagħhom biex għal sena oħra stajna nkunu ta' servizz għall-morda, l-anzjani u għall-emigranti Żrieraq li ma jkunux jistgħu jgawdu l-festa magħna!

Grazzi wkoll lis-semmiegħa kollha għall-appoġġ kontinwu tagħhom, lil dawk responsabbli mill-ġbir tar-reklami u lill-ħwienet u kumpaniji li rrekklamaw is-servizzi taghhom fuq dan l-istazzjon. GRAZZI !!!

 

Daniel Spiteri - 28/07/2014

M hemmx kliem biex tideskrivi il-festa ta din is sena ad dunur il-Madonna tal Karmnu. Festa kompluta b kollox fejn jidhol nar, armar, banda, funzjonijiet religjuzi, marci, purcisjoni u programmi muzikali. Xiehda ta' dawn huma in nies li attendew gor rahal taz-Zurrieq u setaw isegwu kollox mil qrib. Prosit lil kummisjonijiet kollha fi hdan l Ghaqda Karmelitana li jahdmu id f' id is-sena kollha. Prosit kbira.

Joe Farrugia - 27/07/2014

 

Il-Festa t-Tajba liz-Zrieraq Kollha, specjalment lil Hija Philip Farrugia (iz-Zebbugi) u l-mara tieghu Katie u lil Familja taghhom kollha. Qieghed insegwikom fuq l-internet minn Melbourne u niehu pjacir hafna ghax naf kemm qedin jiehdu pjacir hija u l-familja tieghu. Igibuli nostalgija kbira ghax gejna Malta 10 darbiet u kull darba nqatta l-festa takhom mal familja ta hijja li jilqawna hafna.


Bhalissa qieghed nisma li Joe Farrugia id-Dulli u nawguralu u lill Veronica ghax saru nanniet ta tifla tant grazjuza Estelle (ta l-Istilla). Clint ta Joe mizzewweg lill Kathleen ta hija Philip, nahseb taf ghal minn qieghed nghid.


Ghal lum daqshekk. Sena ohra nigi ngawdi l-Festa takom makom.....u ta San Filep ukoll, ovjament.


Awguri

 

Karmenu - 27/07/2014

 

 Illum il-festa tal-Madonna tal-Karmnu. Minn jaf kemm huma ferhana l-haddiema tan-nar tal-Mt. Carmel Fireworks factory wara l-ispettaklu pirotekniku tal-bierah! Minn jaf kemm hu ferhan is-surmast u l-bandisti tal-banda Queen Victoria wara dak il-programm u l-marci li qed ituna. minn jaf kemm huma ferhana d-dilettanti ta' l-armar, li jistghu igawdu l-frott tal-hidma taghhom billi jaraw iz-Zurrieq imzejjen u armat ghal festa. Minn jaf kemm hi kuntenta omna Marija tara knisja mimlija nies jattendu ghal funzjonijiet religjuzi! Grazzi lill kullhadd ta' din il-festa kompluta.

 

Angela Farrugia - 23/07/2014

 

Nixtieq nawgura happy birthday lill binti Marlene Farrugia ghada 24th July ,Grazzi hafna ,IL-festa t-tajba Liz-zrieraq kollha u viva l-MADONNA TAL-KARMNU

 

Ghaqda Muzikali San Guzepp Hal Ghaxaq - 22/07/2014

 

 

L-Ghaqda Muzikali San Guzepp ta' Hal Ghaxaq tirringrazzjakom ta' l-istedina li ghamiltulna sabiex stajna naghtu s-servizz li tajniekom mill-Banda taghna nhar it-Tnejn. Kien ta' pjacir kbir ghalina li ghal sena ohra ergajna konna mistiedna mill-Ghaqda Karmelitana u Banda Queen Victoria.  

 

Minn hawnhekk nawgurawlkom kull success ghal festa taghkom u grazzi lilkom ilkoll.

 

Joe Cutajar - Tarxien - 21/07/2014

 

Nawgura minn qalbi festa sabiha u grandjuza lil shabi Karmelitani Zrieraq u lil poplu kollu taz-Zurrieq. Niehu l-okkazzjoni bies nifrah lil Kumitat Centrali ta' L-Ghaqda Karmelitana u Banda Queen Victoria flimkien mal-kumitati taz-zghazagh u n-nisa kif ukoll lis-sotto kumitati ohra ghall-hidma kbira taghhom biex ikunu jistghu jorganizzaw din il-festa grandjuza u li bla dubju hija wahda mill-akbar festi li jsiru fil-gzejjer maltin.

 

Nick Aqulina - 20/07/2014

 

Wishing you a successful week for the Feast of Our Lady of Mt Carmel

 

Mary Tanti - 20/07/2014

 

Jien Mary it tifla to Cikku il landier Alla jahfirlu ,nibatu ix xewqat tajba ghal festa min ghand huti kollha li qedin hawn mil Awstralia . Mary ,Victor,Milda,Guzi, mil Awstralia u Jane u spedu  Grazzi Hafna Mary Tanti

 

Josie ta il piti - 20/07/2014

 

Wishing you all in Zurrieq a very happy feast.. Wishing I was there..Viva il Madonna tal Karmnu,..

 

Colin Cross - ABBA AUTHENTHIC - 13/07/2014

 

Hello Everyone at talkarmnuzurrieq, and the good people of Zurrieq,

As the Manager/Producer and Sound Technician of Abba Authentic, may I on behalf of my band thank you for inviting us to Malta and to Zurrieq. Your hospitality, friendship and kindness will stay with us for ever. We now have a lot of really good Maltese friends.

Our visit to your radio station was so enjoyable, thank you for allowing us to sing live in your studio. The crew, volunteers for our show on Friday 11th July worked so hard in setting up the stage and lighting rig for us, all was so perfect for us.

We hope you enjoyed our tribute to Abba; we really enjoyed performing for you. It was all for such a fantastic cause. Our trip will stay with us forever, thank you to every single person that attended our show and again a massive thank you to the crew and volunteers.

May your good work, your club and radio station stay forever. All our love Colin and on behalf of Abba Authentic.

 

Alan Mamo - 04/05/2014

 

Fl-okkazjoni tal-25 anniversarju mill-mewta traġika ta’ Nenu Zahra u Narcy Schembri (1989 – 2014), il-Kumitat tal-Ghaqda Karmelitana u Banda Queen Victoria, Zurrieq jistieden lil kulħadd biex jingħaqad mieghu għal QUDDIESA TA' TIFKIRA, nhar it-Tnejn, 5 ta’ Mejju fis-6.30pm

 

Antoine Micallef - 23/04/2014

 

L-ewwelnett nixtieq nghid prosit lil atturi kollha li hadu sehem fid-dramm 'Marcellino Hobz u Nbid ghax smajt hafna kummenti sbieh rigward din il-produzzjoni. Xtaqt insaqsi jekk joghgobkom jekk ghamiltux xi DVD ta' dan id-dramm peress li ma rajtx id-dramm. Grazzi mill-gdid u prosit.

 

Elysienne Farrugia - 07/04/2014

 

F'isem Sħabi tas-Sezzjoni Żgħażagħ Karmelitani, nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk kollha li għoġobhom jattendu għad-dramm 'Marċellino Ħobż u Nbid' li tellajna flimkien mal-Kumpanija Luliana nhar il-Ġimgħa, 4 t'April, 2014. Kienet serata memorabbli li tat pjaċir lilkom kollha li attendejtu bil-mijiet. J'Alla nkomplu għaddejjin b'din il-ħeġġa għall-attivitajiet li jmiss.Nieħdu spunt biex nirringrazzjaw lis-Sur Joe Farrugia d-Dulli u l-atturi kollha kemm Żrieraq u kemm dawk ta' barra mir-raħal li verament ħaqqkom prosit kollha kemm intom. U fl-aħħar u mhux l-inqas ringrazzjament speċjali jmur għall-familja tal-mibki iżda qatt minsi s-Sur Lino Grech li tawna l-permessi meħtieġa biex dan id-dramm seta jsir.

 

Fabrizio D'Amato - 05/04/2014

 

grazzi ghal-kull min gie il-play marcellino hobz u nbid u proset lil atturi kollha

 

Gina Farrugia - 05/04/2014

 

Kull min il-bieraħ attenda għad-dramm MARĊELLINO ĦOBŻ U NBID, jaf kemm il-Kumpanija Luliana u Sezzjoni Żgħażagħ Karmelitani ħarġu bl-unuri kollha! PROSIT lil kull min ta sehmu - dawk li dehru u anke dawk li ħadmu bi sħiħ minn wara l-kwinti! Dawn in-nies, volontarjament, taw ħafna siegħat wara l-ġurnata tax-xogħol tagħhom biex għamlu l-provi u biex tagħlmu l-parti tagħhom li qaxxurha kollha kemm huma. GRAZZI mill-qalb ħbieb u komplu sejrin hekk u grazzi wkoll lill-udjenza li mliet kull rokna tas-sala!

 

Leon Camilleri - 05/04/2014

 

Grazzi tassew lil min attenda għad-dramm, Marċellino Ħobż u Nbid li ttella ilbieraħ ġewwa s-sala tal-iskola primarja taż-Żurrieq. Sala ippakjata bin-nies li żġur ma ħarġux diżappuntati.

 

Proset lill-atturi kollha speċjalment it-tifel li nterpreta l-parti ta' Marċellino u lid-direttur Joe Farrugia d-Dulli.

 

Issa d-dramm għadda iżda s-sezzjoni żgħażagħ għadha għaddejja bix-xogħol ma jaqta' qatt !nhar il-ħamis tifraħ il-wirja li ġġib l-isem ta' Rimpianto.

 

Mariella Schembri - 05/04/2014

 

Nixtieq nirringrazjal lil kumitat kollu, lil kull min ta shemmu fi dramm Marcellino-Pane e Vino. nixtieq nejdilkom grazzi kbira li dejjem tajtuni opportunita li nahdem maghkom u li dejjem kelkom fiducja fija. grazzi lil kull min gie, grazzi mil qalb.

 

Robert Inguanez - 04/04/2014

 

Nifrah lis-Sezzjoni Zghazagh Karmelitani tas-serata pjacevoli li organizzaw illejla. Quddiem sala, litteralment ippakkjata bin-nies tellghu id-dramm Marcellino-Pane e Vino.

 

Grazzi lil atturi kollha, b' mod specjali lit-tfajjel li qaxxar il-parti ta Marcellino. Grazzi wkoll lil grupp akbar ta voluntiera li kienu backstage, dwalijiet, sound etc

 

Napprezza hafna l-inpenn kbir biex ittella bicca xoghol bhal din. L-udjenza apprezzat ukoll.

 

Prosit u grazzi.

 

Antoine Micallef (KARMELITAN FLEUR-DE-LYS) - 28/03/2014

 

Awguri ghal play ta' Marcellino Hobz u Nbid. Jien kont se niehu sehem mal-kumpanija 'Luliana' imam ghal ragunijiet familjari ma stajtx. Nghid grazzi wkoll lil habib tieghi Joe Farrugia d-Dulli li tani din l-opportunita imam sfortunatament kelli nirrifjuta. Jekk alla jrid tkun fi produzzjoni ohra. Inselli ghalikom.

 

Carmel Farrugia - 25/03/2014

 

Prosit tax-xoghol lo taghmlu komplu hekk biex tkomplu tkabbru l-aqwa festa u l-ewwel banda fiz-Zurrieq.Grazzi u l-Madonna tal-Karmnu tberiktkom.

 

Leon Camilleri - 08/03/2014

 

Minn dejjem innovattivi, minn ta' quddiem u organizzati. Website li tixhed is-serjeta u l-għaqal ta' dan il-każin u tgħin biex ixxerred il-messag ta' dan l-istess każin. Kollox iwassal għal festa kbira Proset kbira lill-web master Angelo Caruana

 

Clyde Gauci - 01/03/2014

 

Originali bhall-dejem !! Proset lill-webmaster tal-Ghaqda Karmelitana Banda Queen Victoria Zurrieq !!

 

Angelo Caruana - 26/02/2014

 

F'isem il-familja Cutajar u Caruana, nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li b'xi mod jew iehor urew is-soghba ghat-telfa taz-ziju Joe Cutajar (Ix-Xiha) kif ukoll lil dawk kollha li attendew ghall-funeral. Grazzi wkoll lil Ghaqda Karmelitana Banda Queen Victoria u l-haddiema tan-nar fi hdan il-Mount Carmel Fireworks Factory li akkumpanjawh bl-istandart.

 

Clyde Cauci - 23/02/2014

 

Kif kulhadd jaf, ilbierah sar recording ta' marci godda fil-kazin. Bla dubju nazzarda nghid li reggha kien recording ta' success, bhal ma bla dubju kienu ta' qablu. Nixtieq nghid proset lil kull min kien involut, specjalment lill-inginier leali taghna, is-Sur Vanni Farrugia, flimkien mat-tekniku is-Sur Stefan Gauci. Proset kbira ukoll tmur ghall-kummisjoni Banda tall-koordinazzjoni f'dan ir-recording, flimkien mas-surmast bravissimu Mro.A.Farrugia L(MUS) L.C.M li mexxa lill-Banda Queen Victoria, il-kompozituri kollha tal-marci, u fl-ahhar u mhux l-anqas proset kbira tmur ghall-Bandisti kollha, li b'mod volontarju, wrew ghall-dalb'ohra il-kapacita tal-Banda f'dan ir-Recording. Grazzi Hafna !

 

Caroline Graham - 23/02/2014

Prosett tassew ta din il-website hemm sabiha. Kepp up your good work.

Robert Inguanez - 23/02/2014

Website li tkompli ttejjeb lil dik ta qabilha. Attraenti, mimlija nformazzjoni u facli biex tuzha. Prosit Angelo u l-Kummissjoni PR. Grazzi ukoll lil administrator ta qabel.

 

bottom of page