top of page

Għana tal-Milied f'Malta CD Album

Banda Queen Victoria A.D.1865

F’għeluq l-20 sena (2016) minn meta ħarġet għall-bejgħ l-ewwel darba is-CD bl-isem ta’ Għana tal-Milied f’Malta,  b’rikjesta speċjali l-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria qiegħda terġa' tippubblika ammont limitat ta’ CDs, u kif ukoll verżjoni diġitali mp3 li tista’ tiġi akkwistata minn hawn taħt.

Dan huwa album uniku ta’ kollezzjoni rikka ta’ Għanjiet Maltin u Mediterranji, hekk kif ġew irrekordjati mill-Banda Queen Victoria A.D. 1865 fl-1996 taħt  id-direzzjoni tas-Surmast Alfred Farrugia. L-arranġamenti u t-traskrizzjonijiet bandistiċi huma kollha xogħol l-istess kompożitur, filwaqt li numru ta’ siltiet igawdu mill-kant tal-Kor Sine Macula.

 

Wieħed jiltaqa’ wkoll mal-vuċijiet solisti ta’ Joanne Mifsud, Johanna Mallia, u Mauro Farrugia, li flimkien joħolqu tessitura iktar rikka u għanja.

 

Is-CDs jistgħu jinxtraw mill-bottegin tal-Każin, jew inkella sabiex tirriserva l-kopja tiegħek tista’ tibgħat e-mail fuq banda@talkarmnuzurrieq.org u fiha tinkludi ismek, kunjomok u n-numru tat-telefown.

bottom of page