Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria, Żurrieq
Sit Uffiċjali
Marċi Funebri 1999
Banda Queen Victoria A.D.1865
Dan huwa sett ta' 8 Marċi Funebri ippubblikat fuq cassette lura fis-sena 1999. Is-sett igawdi minn firxa wiesa u varjati ta' stili, b'kompożizzjonijiet ċelebri minn nofs is-seklu Dsatax, għal oħrajn iktar riċenti sad-90ijiet tas-seklu 20. L-eżekuzzjoni hija waħda tipika taż-żmien li kien irrekordjat dan il-cassette, u tikkonsisti fi strumentazzjoni ta' Grande Banda, b'mod partikulari fejn jidħlu marċi ppublikati Taljani u Sqallin li ħallew impatt kbir fuq it-timbru tat-tradizzjoni Maltija.
F'dan is-sett nisimgħu ukoll għadd ta' Marċi ta' Kompożituri Maltin li ddiriġew lill-istess Banda tul il-medda tas-snin. Interessanti l-fatt li dan is-sett sar biex jikkomemora l-10 snin anniversarju mit-traġedja tal-Kamra tan-Nar fil-Kumpless ta' l-Għaqda Karmelitana, nhar l-4 ta' Mejju 1989.