top of page

ĦLAS TAS-SAFRA

Wara li f’Mejju tħallsu id-deposits, issa jmiss li jitħallsu l-kumplament tas-safra. Id-dati li se niġbru dawn il-flus huma:

 

  • It-Tnejn 31 ta’ Lulju bejn 18:00 sa 20:00

  • It-Tlieta 1 ta’ Awwissu bejn 18:00 sa 20:00

  • L-Erbgħa 2 ta’ Awwissu bejn 18:00 sa 20:00

 

F’każ li xi ħadd ma jkunx jista’ jiġi fl-ebda waħda minn dawn id-dati, importanti ħafna li jinforma lit-Teżorier Kevin Block.

Importanti li dakinhar tal-ħlas iġġibu magħkom kopja tal-Passaport jew Karta tal-Identità, u tfal taħt it-tmintax-il sena l-Passaport. Importanti: li meta nsiefru, tużaw id-dokument li tkunu għaddejtulna.

Ħlas Pendenti:

IL-PREZZ FINALI JINKLUDI:

 

  • Titjiriet mal-Airmalta:  Malta/Lisbona/Malta li tinkludi 23kg luggage u 10kg hand luggage. (Bandisti bi strument żgħir itellgħu lilu flok il-hand luggage u back-pack jew basket żgħir.)

  • Coach transfers:  ajruport/lukanda/ajruport.

  • Servizz tal-coach għall-eskursjonijiet kollha  (ħlas tal-entraturi mhux inklużi)

  • Sebat iljieli akkomodazzjoni f’lukandi ta’ 3 stilel f’Fatima u Lisbona.

  • Half Board – Breakfast u pranzu jew ċena.

  • Taxxi kollha inklużi.

  • Tour Leader – Prezz ta’ €25.

POLO SHIRTS:

 

Fl-okkażjoni tar-raba’ safra tal-Banda Queen Victoria A.D. 1865 ġie maħsub biex bħal snin ta’ qabel isir polo shirt għall-kontinġent. Il-Prezz ta’ dan il-polo shirt huwa ta’ €15.00. Dan il-polo shirt huwa optional. Għall- bandisti ser ikun b’xejn. Dan il-polo shirt ser nilbsuh meta ser nitilgħu l-Portugall u nistgħu nużawh hemm ukoll.

bottom of page