top of page

Marċi Funebri 1989

Banda Queen Victoria A.D.1865

Dan huwa sett ta' Marċi Funebri li l-Banda Queen Victoria ippublikat lura fis-sena 1989. Kienet sena iebsa ferm għal-Għaqda Karmelitana minħabba li sfortunatament tilfet żewġ voluntiera waqt li kienu qiegħdin jagħmlu xogħol fil-kmamar tan-Nar.

 

Dan l-album jiġbor fih tmien kompożizzjonijiet tal-widna, b'xogħolijiet li jeħduna lura għal aħħar tas-seklu Dsatax, għal oħrajn iktar riċenti li nkitbu sa tmiem is-Snin Tmenin tas-seklu li għadda. L-istil ta' l-eżekuzzjoni huwa wieħed tipiku ta' meta sar dan ir-recording lura fis-sena 1989.

bottom of page