top of page

CD Album - Banda Queen Victoria A.D.1865

Fl-Okkażjoni tal-25 sena mit-twaqqif tas-Sezzjoni Żgħażagħ u Sezzjoni Nisa, l-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria qiegħda tippubblika CD Album ta' marċi brijjużi. F'dan is-sett insibu għażla ta' 12-il marċ brijuż mill-aktar popolari mill-pinna ta' diversi kompożituri rinomati miktubin speċifikament għall-Banda Queen Victoria A.D. 1865. F'dawn il-marċi tal-widna, wieħed isib varjeta' ta' stili mill-aktar rikki li jolqtu l-gosti ta' kulħadd.

Is-CD tinsab għal bejgħ mill-Bottegin tal-Każin tal-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria, jew inkella f'format diġitali minn hawn taħt. Għall-ewwel darba wkol din is-CD qiegħdha tiġi ppublikata b'liċenzja ta' distribuzzjoni internazzjonali globali ma' siti ta' fama mondjali bħal iTunes, Amazon, Spotify u Deezer.

bottom of page