top of page

CD Album - Banda Queen Victoria A.D.1865

Fl-Okkażjoni tal-25 sena anniversarju minn meta s-Surmast Alfred Farrugia nħatar surmast direttur tal-Banda Queen Victoria A.D. 1865, l-Għaqda Karmelitana qiegħda tippubblika CD Album kollu marċi tal-istess kompożitur. F'dan is-sett insibu għażla ta' 12-il marċ brijuż mill-aktar popolari mill-pinna tas-Surmast Farrugia li ndaqqu mill-Banda Queen Victoria A.D. 1865 tul dawn l-aħħar 40 sena. F'dawn il-marċi tal-widna, wieħed isib varjeta' ta' stili mill-aktar rikki li jolqtu l-gosti ta' kulħadd.

Is-CD tinsab għal bejgħ mill-Bottegin tal-Każin tal-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria għall-prezz ta' €15, jew inkella f'format diġitali minn hawn taħt.

bottom of page