top of page

Aħbarijiet

16-10-2019

Laqgħa Ġenerali Annwali

Il-Laqgħa Ġenerali Annwali 2019 ser issir fil-Każin nhar is-Sibt, 19 ta’ Ottubru fis-7.15pm. Il- votazzjoni  tibda wara l-laqgħa u tkompli l-għada l-Ħadd.  Jekk fil-ħin avżat ma jkunx hemm Quorum, il-laqgħa tibda kwara wara bin-numru ta’ membri preżenti.

Aġenda:


•    Qari tal-minuti
•    Rapport Amministrattiv
•    Rapport Finanzjarju
•    Mozzjonijiet u/jew Emendi
•    Ħatra ta’ Kumitat
•    Ħwejjeġ Oħra

Il-Kummissjoni Elettorali tilqa’ nominazzjonijiet għall-Kumitat 2019/20 minn nhar it-Tnejn, 7 ta' Ottubru.  L-applikazzjonijiet għandhom jintefgħu fil-kaxxa s-sewda fis-sala tal-biljard sa nhar it-Tlieta, 15 ta' Ottubru fis-7.30pm.
________________________________________________________________________________________________________________

 

Mozzjonijiet/Emendi għall-Istatut

Is-Segretarju jilqa’ nominazzjonijiet għall-Mozzjonijiet/Emendi għall-Istatut sabiex jitressqu għall-approvazzjoni tal-membri waqt il-Laqgħa Ġeneral Annwali ta’ nhar is-Sibt, 19 ta' Ottubru.

Dawn in-nominazzjonijiet għandhom jintefgħu fil-kaxxa s-sewda (fis-sala tal-biljard) sa nhar it-Tlieta, 15 ta' Ottubru fis-7.30pm.

30-11-2017

Miżata għas-sena 2018

Bħalissa qiegħda tinġabar il-miżata għas-sena ta’ sħubija 2018 tal-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria, Żurrieq.

Tistgħu tagħmlu dan billi tavviċinaw lis-Sur Charlie Vella - Teżorier, lis-Sur Dorian Tanti – Asst. Teżorier jew xi membru tal-Kumitat Ċentrali.

Tingħataw membership card u kalendarju bħala tifkira.

Grazzi!

30-11-2016

Tagħlim tal-Mużika b'xejn

Kun kburi u agħmel parti mill-ewwel banda fiż-Żurrieq

 

Ħajjar lil uliedek jitgħallmu llum

 

Għal iktar informazzjoni ibgħat imejl lil banda@talkarmnuzurrieq.org

Please reload

Arts Council Logo CMYK-01.jpg
Creative Communities-03.jpg
bottom of page