top of page

               Ritratti 2020               

               Ritratti 2023               

Robert Inguanez-05-18.jpg

Il-Ġimgħa, 26 ta' Mejju 2023

Serata Mużiko - Letterarja

F’għeluq il-100 sena mit-twelid tas-Surmast Emanuel Buġeja bis-sehem tal-Ensemble tal-Banda Queen Victoria, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Mauro Farrugia. Dan il-kunċert sar fis-Sala Madonna tal-Karmnu. Ippreżenta dan il-kunċert is-Sur Alfred Camilleri. L-udjenza semgħet varjeta’ ta’ stili differenti tal-kitbiet mużikali ta’ dan is-Surmast maħbub. Il-preżentatur ta’ ħarsa ħafifa tal-bijografija tiegħu anke minn kif jiftakru hu. Ma naqasitx ftit mill-esperjenza ta’ waħda mit-tlett itfal tiegħu, Cettina Zahra mżewqa b’poeżija miktuba minnha stess.

Robert Inguanez-2766-r80.jpg

L-Erbgħa 24 ta' Mejju

L-Aħħar Erbgħa tal-Udjenzi

L-Aħħar Erbgħa tal-Udjenza bis-sehem tal-Banda Queen Victoria taħt id-direzzjoni tas-Surmast Mauro Farrugia, flimkien mal-Coro Bel Canto, taħt it-treġija tas-Surmast Hermann Farrugia Frantz, u l-Organista Paul Portelli.

15.jpg

Is-Sibt, 1 ta' April 2023

Kunċert tal-Ġimgħa Mqaddsa fir-Rabat

F’dan il-kunċert jismu ‘Osanna Bin David’, il-mużiċisti abbli tal-Freshman Project u l-Queen Victoria Band Ensemble esegwew siltiet mużikali kollha addattati għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-akbar ġrajja tal-Knisja Kattolika. L-eżekuzzjonijiet ta’ dawn is-siltiet fosthom Marcia Funebre miktub mis-Surmast Mauro Farrugia (id-direttur) flimkien mal-akustika u s-sbuħija tal-knisja ta’ San Mark, daħħlu lil udjenza preżenti f’esperjenza ta’ ħsibijiet profondi. Il-preżentatur kien is-Sur Carmel D’Amato.

Robert Inguanez--46.jpg

Is-Sibt, 25 ta' Marzu 2023

Kunċert tal-Ġimgħa Mqaddsa

Kunċert tal-Ġimgħa Mqaddsa mill-Ensemble tal-Banda Queen Victoria taħt id-direzzjoni tas-Surmast Mauro Farrugia bis-sehem ta' diversi bandisti. Il-kunċert sar fis-Sala Madonna Tal-Karmnu fil-każin. Ħadu sehem ukoll l-allievi tal-Freshman Project. Ippreżenta dan il-kunċert is-Sur Karmenu D'Amato. 

bottom of page